Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0574

Kawża C-574/11: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad- 9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Novartis AG vs Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd. (L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari — Regolament (KE) Nru 469/2009 — Artikoli 4 u 5 — Ingredjent attiv uniku li wassal għall-għotja ta’ tali ċertifikat — Portata tal-protezzjoni — Prodott mediċinali li fih bosta ingredjenti attivi inkluż dak li qiegħed jiġi ċċertifikat)

ĠU C 133, 5.5.2012, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Frar 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) — Novartis AG vs Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.

(Kawża C-574/11) (1)

(L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari - Regolament (KE) Nru 469/2009 - Artikoli 4 u 5 - Ingredjent attiv uniku li wassal għall-għotja ta’ tali ċertifikat - Portata tal-protezzjoni - Prodott mediċinali li fih bosta ingredjenti attivi inkluż dak li qiegħed jiġi ċċertifikat)

2012/C 133/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Novartis AG

Konvenuta: Actavis Deutschland GmbH & Co KG, Actavis Ltd.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1) — Portata taċ-ċertifikat — Protezzjoni limitata għall-prodotti mediċinali li fihom biss is-sustanza attiva protetta jew protezzjoni estiża għall-prodotti mediċinali li fihom is-sustanza attiva protetta flimkien ma’ sustanza attiva oħra

Dispożittiv

L-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta “prodott” li jikkonsisti f’ingredjent attiv kien protett minn privattiva bażika u meta d-detentur ta’ din il-privattiva seta’ jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni mogħtija minn din il-privattiva fir-rigward ta’ dan il-“prodott” sabiex jikkontesta l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott mediċinali li fih dan l-ingredjent attiv flimkien ma’ wieħed jew iktar ingredjenti attivi oħra, ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari mogħti għal dan l-istess “prodott” jista’, wara li tkun skadiet il-privattiva bażika, jagħti l-opportunità lid-detentur tiegħu sabiex jikkontesta l-kummerċjalizzazzjoni minn terzi ta’ prodott mediċinali li jkun fih l-imsemmi prodott għall-użu tal-“prodott”, bħala prodott mediċinali, li kien ġie awtorizzat qabel ma jkun skada l-imsemmi ċertifikat.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


Top