Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0404

    Kawża C-404/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-klorat tas-sodju — Kunċett ta’ “impriża” — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti — Portata ta’ din il-preżunzjoni — Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni — Multa personali — Ġurisdizzjoni sħiħa)

    ĠU C 133, 5.5.2012, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 133/11


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-404/11 P) (1)

    (Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-klorat tas-sodju - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti - Portata ta’ din il-preżunzjoni - Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni - Multa personali - Ġurisdizzjoni sħiħa)

    2012/C 133/20

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Mejju 2011, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-299/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-sodju) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Illegalità tal-multa personali

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 298, 08.10.2011.


    Top