This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0630
Joined Cases C-630/11 P to C-633/11 P: Judgment of the Court (Second Chamber) of 13 June 2013 — HGA Srl. and Others v European Commission (Appeals — Regional State aid — Aid to the hotel industry in Sardinia — New aid — Alteration to an existing aid scheme — Corrective decision — Possibility of adopting such a decision — Regulation (EC) No 659/1999 — Articles 4(5), 7(6), 10(1), 13(2), 16 and 20(1) — Incentive effect of the aid — Protection of legitimate expectations)
Kawżi magħquda C-630/11 P sa C-633/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta’ Ġunju 2013 — HGA Srl et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardegna — Għajnuna ġdida — Modifika ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti — Deċiżjoni ta’ rettifika — Possibbiltà li tiġi adottata tali deċiżjoni — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 4(5), 7(6), 10(1), 13(2), 16 u 20(1) — Effett ta’ inċentiv tal-għajnuna — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
Kawżi magħquda C-630/11 P sa C-633/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat- 13 ta’ Ġunju 2013 — HGA Srl et vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali — Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardegna — Għajnuna ġdida — Modifika ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti — Deċiżjoni ta’ rettifika — Possibbiltà li tiġi adottata tali deċiżjoni — Regolament (KE) Nru 659/1999 — Artikoli 4(5), 7(6), 10(1), 13(2), 16 u 20(1) — Effett ta’ inċentiv tal-għajnuna — Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
ĠU C 225, 3.8.2013, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/17 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2013 — HGA Srl et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawżi magħquda C-630/11 P sa C-633/11 P) (1)
(Appell - Għajnuna mill-Istat għal skopijiet reġjonali - Għajnuna favur l-industrija tal-lukandi f’Sardegna - Għajnuna ġdida - Modifika ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti - Deċiżjoni ta’ rettifika - Possibbiltà li tiġi adottata tali deċiżjoni - Regolament (KE) Nru 659/1999 - Artikoli 4(5), 7(6), 10(1), 13(2), 16 u 20(1) - Effett ta’ inċentiv tal-għajnuna - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi)
2013/C 225/27
Lingwa tal-proċedura: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: HGA Srl, Gimar Srl, Coghene Costruzioni Srl, Camping Pini e Mare di Cogoni Franco & C. Sas, Immobiliare 92 Srl, Gardena Srl, Hotel Stella 2000 Srl, Vadis Srl, Macpep Srl, San Marco Srl, Due lune SpA, Hotel Mistral di Bruno Madeddu & C.Sas, L’Esagono di Mario Azara & Co. Snc, Le Buganville Srl (li qabel kienet Le Buganville di Cogoni Giuseppe & C. Snc), Le Dune Srl (li qabel kienet Le Dune di Stefanelli Vincenzo & C. Snc) (rappreżentanti: G. Dore, F. Ciulli u A. Vinci, avukati) (C-630/11 P), Regione autonoma della Sardegna (rappreżentanti: A. Fantozzi u G. Mameli, avukati) (C-631/11 P), Timsas srl (rappreżentanti: D. Dodaro u S. Pinna, avukati) (C-632/11 P), Grand Hotel Abi d’Oru SpA (rappreżentanti: D. Dodaro u R. Masuri, avukati) (C-633/11 P)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, C. Urraca Caviedes u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Appell ippreżentat kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fl-20 ta’ Settembru 2011, Regione autonoma della Sardegna et vs Il-Kummissjoni (T-394/08), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talbiet għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/854/KE, tat-2 ta’ Lulju 2008, dwar l-iskema ta’ għajnuna “Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 — applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98” (ĠU L 302, p. 9), li biha r-Regione autonoma della Sardegna tat sussidji favur investimenti inizjali fl-industrija tal-lukandi f’Sardegna — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
Dispożittiv
(1) |
L-appelli huma miċħuda. |
(2) |
L-appellanti huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż. |