Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0555

    Kawża C-555/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE” , Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)/Ypourgos Anaptyxis, Antagonistikotitas kai Naftilias, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados (Direttiva 2002/92/KE — Medjazzjoni fl-assigurazzjoni — Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew minn impjegat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha — Possibbiltà għall-imsemmi impjegat li jeżerċita okkażżjonalment attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni — Rekwiżiti professjonali)

    ĠU C 367, 14.12.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 367/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias — il-Greċja) — Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)/Ypourgos Anaptyxis, Antagonistikotitas kai Naftilias, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados

    (Kawża C-555/11) (1)

    (Direttiva 2002/92/KE - Medjazzjoni fl-assigurazzjoni - Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew minn impjegat li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha - Possibbiltà għall-imsemmi impjegat li jeżerċita okkażżjonalment attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni - Rekwiżiti professjonali)

    2013/C 367/05

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Qorti tar-rinviju

    Symvoulio tis Epikrateias

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Enosi Epangelmation Asfaliston Ellados (EEAE), Syllogos Asfalistikon Praktoron N. Attikis “SPATE”, Panellinios Syllogos Asfalistikon Symboulon (PSAS), Syndesmos Ellinon Mesiton Asfaliseon (SEMA), Panellinios Syndesmos Syntoniston Asfalistikon Symboulon (PSSAS)

    Konvenuti: Ypourgos Anaptyxis, Omospondia Asfalistikon Syllogou Ellados

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Symboulio tis Epikrateias — Interpretazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Diċembru 2002, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni — Kunċett ta’ “medjazzjoni fl-assigurazzjoni” — Esklużjoni tal-attivitajiet eżerċitati minn impriża ta’ assigurazzjoni jew impjegat ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li jaġixxi taħt ir-responabbiltà tagħha — Portata

    Dispożittiv

    Id-dispożizzjonijiet moqrjia flimkien tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) u tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Diċembru 2002, dwar il-medjazzjoni fl-assigurazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li impjegat ta’ impriża ta’ assigurazzjoni li ma għandux il-kwalifiki previsti f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar jeżerċita, okkażjonalment u mhux fil-kuntest tal-attività professjonali prinċipali tiegħu, attivitajiet ta’ medjazzjoni fl-assigurazzjoni, meta dan l-impjegat ma jaġixxix fil-kuntest tar-relazzjoni ta’ subordinazzjoni li torbtu ma’ din l-impriża, iżda din tal-aħħar tissorvelja madankollu l-attivitajiet tiegħu.


    (1)  ĠU C 25, 28.01.2012.


    Top