Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0539

    Kawża C-539/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas- 26 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — l-Italja) — Ottica New Line di Accardi Vincenzo vs Comune di Campobello di Mazara (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Saħħa pubblika — Oftalmiċi — Leġiżlazzjoni reġjonali li tissuġġetta l-ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika għal awtorizzazzjoni — Limiti demografiċi u ġeografiċi — Ġustifikazzjoni — Abbiltà li l-għan mixtieq jintlaħaq — Koerenza — Proporzjonalità)

    ĠU C 344, 23.11.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 344/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — l-Italja) — Ottica New Line di Accardi Vincenzo vs Comune di Campobello di Mazara

    (Kawża C-539/11) (1)

    (Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Saħħa pubblika - Oftalmiċi - Leġiżlazzjoni reġjonali li tissuġġetta l-ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika għal awtorizzazzjoni - Limiti demografiċi u ġeografiċi - Ġustifikazzjoni - Abbiltà li l-għan mixtieq jintlaħaq - Koerenza - Proporzjonalità)

    2013/C 344/20

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ottica New Line di Accardi Vincenzo

    Konvenut: Comune di Campobello di Mazara

    Fil-preżenza ta’: Fotottica Media Visione di Luppino Natale Fabrizio e C. s.n.c.

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana — Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 56 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 2(2)(f) u tal-Artikoli 4(8) u 15 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fuq is-suq intern (ĠU L 376, p. 36) — Leġiżlazzjoni reġjonali li tissuġġetta l-ftuħ ta’ ħwienet ġodda għall-eżerċizzju tal-professjoni tal-ottika għall-kundizzjonijiet, minn naħa, l-installazzjoni ta’ stabbiliment wieħed biss għal kull parti ta’ popolozzjoni ta’ 8 000 abitant u, min-naħa l-oħra, għall-eżistenza ta’ distanza minima ta’ 300 metru fir-rigward tal-ħwienet tal-ottika eżistenti — Restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Ħarsien tas-saħħa — Proporzjonalità

    Dispożittiv

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni reġjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi limiti għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet ta’ ftuħ ta’ stabbilimenti ġodda tal-ottika, billi tipprovdi li:

    f’kull żona ġeografika, stabbiliment tal-ottika wieħed biss jista’ jinfetaħ, bħala prinċipju, għal kull porzjon ta’ 8 000 abitant, u

    kull stabbiliment ġdid tal-ottika għandu josserva, bħala prinċipju, distanza minima ta’ 300 metru fil-konfront tal-istabbilimenti tal-ottika diġà eżistenti,

    sakemm l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu użu xieraq, billi josservaw kriterji trasparenti u oġġettivi, mill-awtorizzazzjonijiet stipulati mil-leġiżlazzjoni kkonċernata bl-għan li jilħqu, b’mod koerenti u sistematiku, l-għanijiet segwiti minnha tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika fit-territorju kollu kkonċernat, u dan huwa l-kompitu tal-qorti nazzjonali li tivverifikah.


    (1)  ĠU C 370, 17.12.2011


    Top