EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0510

Kawża C-510/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal- 24 ta’ Ottubru 2013 — Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters — Multi — Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ akkordji — Azzjoni ġudizzjarja effettiva)

ĠU C 367, 14.12.2013, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 367/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 — Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-510/11 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-installazzjoni u tal-manteniment tal-liftijiet u tal-eskalejters - Multi - Avviż dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ akkordji - Azzjoni ġudizzjarja effettiva)

2013/C 367/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Kone Oyj, Kone GmbH, Kone BV (rappreżentanti: T. Vinje, solicitor kif ukoll D. Paemen, avukat u A. Tomtsis, dikigoros)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (it-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011, Kone et vs Il-Kummissjoni (T-151/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E-1/38.823 — PO/Liftijiet u eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-lifts u tal-eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti ta’ proġetti u ta’ kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Kone Oyj, Kone GmbH u Kone BV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 362, 10.12.2011.


Top