EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0380

Kawża C-380/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas- 6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions en matière d’impôts (Libertà ta’ stabbiliment — Artikolu 49 TFUE — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kapital — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital — Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija lejn Stat Membru ieħor — Restrizzjoni — Ġustifikazzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali)

ĠU C 355, 17.11.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.11.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tas-6 ta’ Settembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif — Il-Lussemburgu) — DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C vs Administration des contributions en matière d’impôts

(Kawża C-380/11) (1)

(Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 49 TFUE - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq il-kapital - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital - Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli suġġetta għat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat tal-kumpannija lejn Stat Membru ieħor - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali)

2012/C 355/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: DI VI Finanziaria SAPA di Diego della Valle & C

Konvenuta: Administration des contributions en matière d’impôts

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal administratif — Interpretazzjoni tal-Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxa fuq il-kapital — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-għoti ta’ benefiċċju tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital, għall-kundizzjoni li l-persuna kkonċernata tibqa’ suġġetta għal din it-taxxa fuq il-kapital fl-Istat Membru kkonċernat matul il-ħames snin taxxabbli sussegwenti — Telf tal-kwalità ta’ persuna taxxabbli fir-rigward tat-taxxa fuq il-kapital wara t-trasferiment tal-uffiċċju rreġistrat lejn Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-għoti ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-kapital huwa suġġett għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jibqa’ suġġett għal din it-taxxa matul il-ħames snin taxxabbli segwenti.


(1)  ĠU C 298, 08.10.2011


Top