EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0189

Kawża C-189/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 306 sa 310 — Skema speċjali għall-aġenti tal-ivvjaġġar — Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-applikazzjoni ta’ din l-iskema speċjali għal persuni minbarra l-vjaġġaturi — Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijient” — Esklużjoni mill-imsemmija skema speċjali ta’ ċertu bejgħ lill-pubbliku — Indikazzjoni fuq il-fattura ta’ ammont ta’ VAT li għandu jitnaqqas mhux marbut mat-taxxa tal-input dovuta jew imħallsa — Determinazzjoni globali tal-valur taxxabbli għal perijodu speċifiku — Inkompatibbiltà)

ĠU C 344, 23.11.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Settembru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-189/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 306 sa 310 - Skema speċjali għall-aġenti tal-ivvjaġġar - Diverġenzi bejn verżjonijiet lingwistiċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-applikazzjoni ta’ din l-iskema speċjali għal persuni minbarra l-vjaġġaturi - Kunċetti ta’ “vjaġġatur” u ta’ “klijient” - Esklużjoni mill-imsemmija skema speċjali ta’ ċertu bejgħ lill-pubbliku - Indikazzjoni fuq il-fattura ta’ ammont ta’ VAT li għandu jitnaqqas mhux marbut mat-taxxa tal-input dovuta jew imħallsa - Determinazzjoni globali tal-valur taxxabbli għal perijodu speċifiku - Inkompatibbiltà)

2013/C 344/03

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u C. Soulay, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: S. Centeno Huerta, aġent)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek uT. Müller kif ukoll J. Očková, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u J. S. Pilczer, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: A. Kraińska u A. Kramarczyk kif ukoll M. Szpunar u B. Majczyna, aġenti), ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u R. Laires, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u M. Pere, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 73, 168, 169, 226 u 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Skema partikolari tal-aġenziji tal-vjaġġi

Dispożittiv

(1)

Ir-Renju ta’ Spanja:

billi eskluda mill-iskema speċjali tal-aġenti tal-ivvjaġġar, il-bejgħ lill-pubbliku, mill-aġenti tal-ivvjaġġar li jbigħu bl-imnut li jaġixxu f’isimhom stess, vjaġġi organizzati minn aġenti tal-ivvjaġġar li jbigħu bl-ingrossa;

billi awtorizza lill-aġenti tal-ivvjaġġar, taħt ċerti ċirkustanzi, li jniżżlu fil-fattura ammont globali ta’ VAT li ma għandu ebda relazzjoni mat-taxxa effettivament miġbura mingħand il-klijent, u billi awtorizza lil dan il-klijent, sa fejn huwa persuna taxxabbli, li jnaqqas dan l-ammont globali mill-VAT dovut, u

billi awtorizza lill-aġenti tal-ivvjaġġar, sa fejn jibbenefikaw mill-imsemmija skema speċjali, jistabbilixxu l-valur taxxabbli globalment għal kull perijodu ta’ taxxa,

naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 168, 226 u 306 sa 310 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

(4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.

(5)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża u r-Repubblika tal-Finlandja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 186, 25.6.2011


Top