Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0098

    Kawża C-98/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal- 24 ta’ Mejju 2012 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

    ĠU C 200, 7.7.2012, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 200/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2012 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    (Kawża C-98/11 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Sinjal tridimensjonali kompost minn forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra)

    2012/C 200/04

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG (rappreżentant: R. Lange, Rechtsanwalt)

    Appellat: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 — Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli vs UASI (T-336/08), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2008, li ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ fenek magħmul miċ-ċikkulata b’żigarella ħamra bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassi 30 — Karattru distintiv tat-trade mark

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud.

    (2)

    Chocoladefabriken Lindt & Sprüngli AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 145, 14.05.2011.


    Top