Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0073

Kawża C-73/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal- 24 ta’ Jannar 2013 — Frucona Košice a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea, St. Nicolaus — trade a.s. ( “Appell — Għajnuna mill-Istat — Annullament ta’ 65 % ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ falliment — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Kriterju ta’ kreditur privat — Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju — Sostituzzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-motivi tagħha għal dawk li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Żnaturament tal-provi” )

ĠU C 71, 9.3.2013, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-24 ta’ Jannar 2013 — Frucona Košice a.s. vs Il-Kummissjoni Ewropea, St. Nicolaus — trade a.s.

(Kawża C-73/11 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Annullament ta’ 65 % ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ falliment - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Kriterju ta’ kreditur privat - Limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju - Sostituzzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-motivi tagħha għal dawk li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Żnaturament tal-provi)

2013/C 71/03

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanta: Frucona Košice a.s. (rappreżentanti: P. Lasok QC, J. Holmes u B. Hartnett, barristers, O. Geiss, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Walkerová, L. Armati u B. Martenczuk, aġenti), St. Nicolaus — trade a.s. (rappreżentanti: N. Smaho, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2010, Frucona Košice a.s. vs Il-Kummissjoni (T-11/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 2087 finali, tas-7 ta’ Ġunju 2006, dwar għajnuna mogħtija mis-Slovakkja favur Frucona Košice, fil-forma ta’ annullament ta’ dejn fiskali min-naħa tal-awtorità fiskali kompetenti fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ falliment (Għajnuna mill-Istat Nru C 25/2005, ex NN/2005), sa fejn din tiddikjara l-imsemmija miżura inkompatibbli mas-suq komuni u tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna kollha.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-7 ta’ Diċembru 2010, Frucona Košice vs Il-Kummissjoni (Kawża T-11/07) hija annullata.

(2)

Il-kawża hija rrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi fuq il-motivi mqajma quddiemha li dwarhom ma tat l-ebda deċiżjoni.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 130, 30.04.2011


Top