Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0056

    Kawża C-56/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal- 15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G. vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH (Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Servizzi ta’ pproċessar — Obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li jipprovdi informazzjoni lid-detentur tad-drittijiet Komunitarji — Rekwiżiti fir-rigward tal-mument u tal-kontenut tat-talba għal informazzjoni)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf — il-Ġermanja) — Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G. vs Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

    (Kawża C-56/11) (1)

    (Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Servizzi ta’ pproċessar - Obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li jipprovdi informazzjoni lid-detentur tad-drittijiet Komunitarji - Rekwiżiti fir-rigward tal-mument u tal-kontenut tat-talba għal informazzjoni)

    2013/C 9/15

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Raiffeisen-Waren-Zentrale Rhein-Main e.G.

    Konvenuta: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Oberlandesgericht Düsseldorf — Interpretazzjoni tas-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390), u tal-Artikolu 9(2) u (3) tar-Regolament tal Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63) — Obbligu tal-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar li jipprovdi informazzjoni lill-proprjetarju tal-drittijiet Komunitarji — Rekwiżiti fir-rigward tal-mument u tal-kontenut ta’ talba għal informazzjoni li tista’ tiġġustifika l-obbligu ta’ informazzjoni

    Dispożittiv

    (1)

    L-Artikolu 9(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95, tal-24 ta’ Lulju 1995, li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98, tat-3 ta’ Diċembru 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ informazzjoni impost fuq il-fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar fir-rigward ta’ varjetajiet protetti jeżisti meta t-talba għal informazzjoni li tirreferi għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari tasal lil dan il-fornitur qabel tali sena tintemm. Madankollu, tali obbligu jista’ jeżisti għal dak li jirrigwarda l-informazzjoni li tirreferi għal mhux iktar mit-tliet snin li jippreċedu dik kurrenti, sakemm id-detentur ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti ikun ressaq l-ewwel talba dwar l-istess varjetajiet lill-istess fornitur matul l-ewwel sena mis-snin ta’ kummerċjalizazzjoni preċedenti koperti mit-talba għal informazzjoni.

    (2)

    Is-sitt inċiż tal-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, flimkien mal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1768/95, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2605/98, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba għal informazzjoni tad-detentur ta’ drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti lil fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar ma għandhiex ikollha l-provi ta’ sostenn għall-indizji mogħtija fiha. Barra minn hekk, il-fatt li bidwi jwettaq il-kultivazzjoni kuntrattwali ta’ varjetà protetta ma jistax, waħdu, jikkostitwixxi indizju li fornitur ta’ servizzi ta’ pproċessar ipprovda, jew għandu l-intenzjoni li jipprovdi, tali servizzi fil-konfront tal-prodott tal-ħsad miksub permezz tal-kultivazzjoni ta’ materjal ta’ propagazzjoni tal-imsemmija varjetà sabiex din tiġi kkultivata. Tali fatt jista’, madankollu, fid-dawl ta’ cirkustanzi oħra tal-kawża, jippermetti li jiġi konkluż li jeżisti tali indizju, li hija l-qorti ta-rinviju li għandha tivverifika fil-kawża quddiemha.


    (1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


    Top