EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0046

Kawża C-46/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal- 15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitat naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa — Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, partikolarment tal-lontra (Lutra lutra))

ĠU C 133, 5.5.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 133/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Marzu 2012 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-46/11) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitat naturali kif ukoll tal-fawna u tal-flora selvaġġa - Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, partikolarment tal-lontra (Lutra lutra))

2012/C 133/14

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: M. Szpunar, D. Krawczyk u B. Majczyna, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102) — Ħarsien insuffiċjenti ta’ ċerti speċi, b’mod partikolari tal-lontra (Lutra Lutra)

Dispożittiv

(1)

Billi ma ttrasponietx b’mod korrett il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-derogi stabbiliti fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjoni.

(2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 02.04.2011.


Top