Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0040

    Kawża C-40/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Yoshikazu Iida vs Stadt Ulm (Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 51 — Direttiva 2003/109/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi — Dritt ta’ residenza fi Stat Membru — Direttiva 2004/38/KE — Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni — Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jakkumpanjax u ma jingħaqadx ma’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti u li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin — Dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor — Ċittadinanza tal-Unjoni — Drittijiet fundamentali)

    ĠU C 9, 12.1.2013, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Novembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Il-Ġermanja) — Yoshikazu Iida vs Stadt Ulm

    (Kawża C-40/11) (1)

    (Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 51 - Direttiva 2003/109/KE - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Dritt ta’ residenza fi Stat Membru - Direttiva 2004/38/KE - Ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni - Ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jakkumpanjax u ma jingħaqadx ma’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti u li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ oriġini taċ-ċittadin - Dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ ċittadin li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor - Ċittadinanza tal-Unjoni - Drittijiet fundamentali)

    2013/C 9/14

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Yoshikazu Iida

    Konvenut: Stadt Ulm

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg — Interpretazzjoni, fid-dawl tal-Artikoli 7 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Liberatajiet Fundamentali, tal-Artikolu 21(1) TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 2(2)(d), 3(1), 7(2) u 10(1) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) — Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1) u (3) TUE, kif ukoll tal-Artikoli 24(3), 45(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Wild minuri, ċittadin ta’ Stat Membru, li stabbilixxa r-residenza prinċipali tiegħu ma’ ommu fi Stat Membru ieħor — Dritt ta’ residenza, fl-Istat ta’ oriġini tal-wild, tal-missier, ċittadin ta’ pajjiż terz u li jeżerċita l-awtorità parentali — Kamp ta’ applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Kunċett ta’ “implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni”

    Dispożittiv

    Barra mis-sitwazzjonijiet irregolati mid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, u meta minbarra dan ma teżisti ebda rabta oħra mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rigward iċ-ċittadinanza, ċittadin ta’ pajjiż terz ma jistax jitlob dritt ta’ residenza li jirriżulta minn ċittadin tal-Unjoni.


    (1)  ĠU C 145, 14.5.2011.


    Top