Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0004

    Kawża C-4/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — Bundesrepublik Deutschland vs Kaveh Puid (Ażil — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 4 — Regolament (KE) Nru 343/2003 — Artikolu 3(1) u (2) — Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz — Artikoli 6 sa 12 — Kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli — Artikolu 13 — Klawżola residwa)

    ĠU C 9, 11.1.2014, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.1.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 9/2


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-14 ta’ Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hessischer Verwaltungsgerichtshof — il-Ġermanja) — Bundesrepublik Deutschland vs Kaveh Puid

    (Kawża C-4/11) (1)

    (Ażil - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 4 - Regolament (KE) Nru 343/2003 - Artikolu 3(1) u (2) - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz - Artikoli 6 sa 12 - Kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli - Artikolu 13 - Klawżola residwa)

    2014/C 9/02

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Hessischer Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Bundesrepublik Deutschland

    Konvenuta: Kaveh Puid

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Hessischer Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109) — Obbligu, għal Stat Membru, li jassumi r-responsabbiltà tal-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil abbażi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 fil-każ ta’ riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tal-applikant u/jew ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tal-livelli minimi imposti mid-Direttivi 2003/9/KE u 2005/85/KE min-naħa tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni skont il-kriterji stabbiliti mill-imsemmi regolament

    Dispożittiv

    (1)

    Meta l-Istati Membri ma jistgħux jinjoraw li n-nuqqasijiet sistematiċi fil-proċedura tal-ażil u fil-kundizzjonijiet ta’ akkoljenza tal-applikanti għall-ażil fl-Istat Membru inizjalment indikat, skont il-kriterji tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-18 ta’ Frar 2003, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz, bħala responsabbli, jikkostitwixxu motivi serji u kkonfermati li jagħtu lil wieħed x’jifhem li l-applikant għall-ażil ser ikun iffaċċjat bir-riskju reali li jkun suġġett għal trattamenti inumani jew degradanti fis-sens tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, l-Istat Membru li jkun qed jiddetermina liema huwa l-Istat Membru responsabbli huwa obbligat li ma jittrasferixxix lill-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru inizjalment indikat bħala responsabbli u, bla ħsara għall-possibbiltà li jeżamina huwa stess l-applikazzjoni, li jkompli bl-eżami tal-kriterji tal-imsemmi Kapitolu sabiex jistabbilixxi jekk Stat Membru ieħor jistax jiġi indikat bħala responsabbli abbażi ta’ wieħed minn dawn il-kriterji jew, fin-nuqqas ta’ dan, abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament.

    Min-naħa l-oħra, f’tali sitwazzjoni, l-impossibbiltà li applikant għall-ażil jiġi ttrasferit lejn l-Istat Membru inizjalment indikat bħala responsabbli ma timplikax, bħala tali, li l-Istat Membru li jkun qed jiddetermina liema huwa l-Istat Membru responsabbli huwa obbligat li jeżamina huwa nnifsu l-applikazzjoni għall-ażil abbażi tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 343/2003.


    (1)  ĠU C 95, 26.03.2011.


    Top