Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0439

    Digriet tal-Qorti Ġenerali (Imħallef għal miżuri provviżorji) tat-8 ta' Settembru 2011.
    Fulmen vs il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran intiżi sabiex jipprojbixxu l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza.
    Kawża T-439/10 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:438





    Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-8 ta’ Settembru 2011 – Fulmen vs Il-Kunsill

    (Kawża T-439/10 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran intiżi sabiex jipprojbixxu l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Ibbilanċjar tal-interessi inkwistjoni - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal- Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-16)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti - Talba għal miżuri provviżorji mressqa diversi xhur wara r-rikors prinċipali - Assenza ta’ fatti ġodda - Assenza ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 19, 21-31)

    3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu morali li ma jistax jiġi rrimedjat fi proċeduri għal miżuri provviżorji u lanqas fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 32, 33)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti kkontestati segwenti, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti:

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39);

    ir-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25);

    id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 281, p. 81);

    ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU 2010, L 281, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top