Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TO0431

    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Ottubru 2010.
    Riccardo Nencini vs il-Parlament Ewropew.
    Proċeduri għal miżuri provviżorji - Membru tal-Parlament Ewropew - Irkupru ta' kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta' assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza.
    Kawża T-431/10 R.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2010:441





    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2010 – Nencini vs Il-Parlament

    (Kawża T-431/10 R)

    “Proċeduri għal miżuri provviżorji – Membru tal-Parlament Ewropew – Irkupru ta’ kumpens imħallas bħala rimbors tal-ispejjeż ta’ assistenza parlamentari u tal-ivvjaġġar – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

    1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Dannu gravi u irreparabbli - Natura kumulattiva - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 8 u 9)

    2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonstata l-obbligu ta’ rkupru ta’ kumpens indebitament imħallas lil wieħed mill-membri tiegħu - Sitwazzjoni li tinvolvi sempliċi inkonvenjenza lir-rikorrent - Deċiżjoni nieqsa minn saħħa ta’ infurzar - Nuqqas ta’ riskju imminenti ta’ dannu finanzjarju gravi - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 12-17)

    3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tikkonstata l-obbligu ta’ rkupru ta’ kumpens indebitament imħallas lil wieħed mill-membri tiegħu - Neċessità għall-Parlament li jibda proċeduri quddiem qorti nazzjonali kompetenti fil-każ ta’ rifjut ta’ ħlas volontarju - Nuqqas ta’ urġenza (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 19)

    Suġġett

    Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ diversi atti tal-Parlament dwar l‑irkupru ta’ kumpens parlamentari li tħallas indebitament.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.

    Top