This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0559
Case T-559/10: Action brought on 7 December 2010 — Laboratoire Garnier v OHIM (natural beauty)
Kawża T-559/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Diċembru 2010 — Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)
Kawża T-559/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Diċembru 2010 — Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)
ĠU C 38, 5.2.2011, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 38/16 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2010 — Laboratoire Garnier vs UASI (natural beauty)
(Kawża T-559/10)
2011/C 38/30
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoire Garnier et Cie (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: R. Dissmann u A. Steegmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta’ Settembru 2010, fil-Każ R 971/2010-1; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva “natural beauty” għal prodotti fil-klassi 3 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8294233
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li dawn ir-raġunijiet assoluti għal rifjut japplikaw għat-trade mark ikkontestata.