Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0532

    Kawża T-532/10: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Novembru 2010 — Cosepuri vs EFSA

    ĠU C 30, 29.1.2011, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.1.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 30/43


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2010 — Cosepuri vs EFSA

    (Kawża T-532/10)

    ()

    2011/C 30/79

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Cosepuri Soc. coop. p.a. (Bologna, l-Italja) (rappreżentant: F. Fiorenza, avukat)

    Konvenuta: Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla ċ-ċaħda, tal-15 ta’ Settembru 2010, ta’ awtorizzazzjoni għall-aċċess ta’ dokumenti minn Cosepuri.

    tordna l-EFSA tesebixxi d-dokumenti kklassifikati.

    tikkundanna l-EFSA għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti fil-kawża preżenti, li hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-336/10 (1), Cosepuri vs EFSA, topponi d-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), tal-15 ta’ Settembru 2010, dwar il-proċedura ta’ sejħa għal offerti CFT/EFSA/FIN/2010/01 (avviż ta’ kuntratt 2010/S 51-074689) li għandha bħala suġġett l-għoti ta’ servizz mekkuk ta’ trasport fl-Italja u fl-Ewropa, fejn il-kuntratt ingħata lil kumpannija oħra.

    Permezz tad-deċiżjoni kkontestata l-EFSA rrifjutat l-aċċess għal ċerti dokumenti tas-sejħa għal offerti, b’mod partikolari dokumenti dwar id-dħul u l-għażla tal-offerta l-iktar vantaġġuża mill-perspettiva ekonomika.

    Insostenn tat-talbiet tagħha, ir-rikorrenti tallega ksur tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002 (2), u tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001 (3), u l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni, tal-prinċipju ta’ trasparenza u tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tallega abbuż ta’ poter.

    Ir-rikorrenti tilmenta, b’mod partikolari, li l-konvenuta naqset milli tindika d-dannu attwali li l-offerent magħżul kien ser iġarrab li kieku ngħata l-aċċess għad-dokumenti mitluba, u li ma ngħatawx raġunijiet adegwati għar-rifjut parzjali tat-talba, peress illi fil-kuntest ta’ sejħa għal offerta l-informazzjoni inkwistjoni kienet ta’ natura komparattiva, inkluża fid-dokumenti tal-offerta mill-offerenti u, għalhekk, ma taqax fl-ambitu ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob li dawn il-proċeduri jingħaqdu ma’ dawk tal-Kawża T-339/10 li għadha pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 288, p. 47.

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74)

    (3)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1,Vol., p. 331)


    Top