This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0492
Case T-492/10: Action brought on 7 October 2010 — Melli Bank v Council
Kawża T-492/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2010 — Melli Bank vs Il-Kunsill
Kawża T-492/10: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Ottubru 2010 — Melli Bank vs Il-Kunsill
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/53 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ottubru 2010 — Melli Bank vs Il-Kunsill
(Kawża T-492/10)
()
2010/C 328/82
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Melli Bank plc (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla l-paragrafu 5 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tannulla l-paragrafu 3 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 (2) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
— |
tiddikjara l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 (3) inapplikabbli għar-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
F’dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta’ persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 277 TFUE, l-inapplikabbilta tal-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007.
Insostenn tat-talbiet tagħha r-rikorrenti tressaq is-segwenti motivi.
L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li r-regolament u d-deċiżjoni kkontestati ġew adottati bi ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti u tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġuridika effettiva peress li r-raġunijiet mogħtija mill-Kunsill ma humiex biżżejjed għar-rikorrenti sabiex tifhem ir-raġunijiet għalfejn issemmiet u konsegwentement kellha l-assi tagħha ffriżati.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jipprovdilha evidenza u/jew dokumenti mill-fajl li bbaża ruħu fuqhom il-Kunsill u għalhekk ir-rikorrenti ma setgħetx tressaq argumenti effettivi dwar l-inklużjoni tagħha.
It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-kriterji sostantivi għall-inklużjoni tagħha ma ġewx sodisfatti u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk dawn il-kriterji kinux ġew sodisfatti jew le. Ir-rikorrenti tgħid li ma hijiex “proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn” entità li hija impenjata fi, assoċjata direttament ma’, jew li tipprovdi appoġġ għall-allegati attivitajiet nukleari strateġiċi tal-Iran marbuta mal-proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ kunsinna ta’ armi nukleari skont it-tifsira mogħtija lill-espressjoni “proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn” fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Melli Bank vs Il-Kunsill (T-246/08) (4).
It-tielet nett, ir-rikorrenti targumenta li sa fejn l-Artikolu 7(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 u/jew l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK huma obbligatorji u jirrikjedu li l-Kunsill isemmi kwalunkwe sussidjarja ta’ kumpannija parent imsemmija, dawn huma illegali.
Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni li l-kriterji sostantivi għall-inklużjoni tal-kumpannija parent tagħha u għalhekk tar-rikorrenti ma humiex sodisfatti u/jew il-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ddetermina jekk dawn il-kriterji ġewx sodisfatti jew le. Ir-rikorrenti targumenta li sa fejn il-kumpannija parent tagħha jirnexxiela tirbaħ il-kawżi kontra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009 (5) (Kawża T-35/10) (6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE (7) (Kawża T-390/08) (8), ir-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK għandhom jiġu annullati sa fejn japplikaw għar-rikorrenti.
Il-ħames nett, ir-rikorrenti ssostni li l-inklużjoni tagħha u l-iffriżar tal-assi kollha tagħha madwar id-dinja ma għandhom l-ebda relazzjoni razzjonali mal-għan intiż tal-Kunsill u jiksru d-dritt tagħha ta’ proprjetà. Barra minn hekk hija tgħid li l-miżuri restrittivi imposti huma sproporzjonati peress li jikkawżaw dannu kunsiderevoli fuq ir-rikorrenti u ma humiex l-inqas mezz restrittiv li seta’ jintuża.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.
(2) Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007, tad-19 ta’ April 2007, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU 2007 L 103, p. 1).
(4) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Lulju 2009, Melli Bank vs Il-Kunsill, Kawżi magħquda T-246/08 u T-332/08, Ġabra p. II-2629.
(5) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009 tas-17 ta’ Novembru 2009 li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (ĠU L 303, p. 31)
(6) Kawża T-35/10, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, ĠU 2010 C 100, p. 47.
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ĠU L 163, p. 29
(8) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Ottubru 2009, Bank Melli vs Il-Kunsill, Kawża magħquda C-548/09 P, li tinsab taħt appell fil-Kawża C-548/09 P, Bank Melli Iran vs Il-Kunsill, ĠU C 80, p. 10.