This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0483
Case T-483/10: Action brought on 8 October 2010 — The Pukka Luggage Company v OHIM — Jesus Miguel Azpiroz Arruti (PUKKA)
Kawża T-483/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ottubru 2010 — The Pukka Luggage Company vs UASI — Jesus Miguel Azpiroz Arruti (PUKKA)
Kawża T-483/10: Rikors ippreżentat fit- 8 ta’ Ottubru 2010 — The Pukka Luggage Company vs UASI — Jesus Miguel Azpiroz Arruti (PUKKA)
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 50–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/50 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ottubru 2010 — The Pukka Luggage Company vs UASI — Jesus Miguel Azpiroz Arruti (PUKKA)
(Kawża T-483/10)
()
2010/C 328/78
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Pukka Luggage Company Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: K. E. Gilbert u M. H. Blair, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jesús Miguel Azpiroz Arruti (San Sebastián, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-29 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 1175/2008-4; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni għall-“bagalji”. |
— |
jew sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni għall-“bagalji iebsin u bagalji iebsin bir-roti”; |
— |
tikkundanna lill-konvenut kif ukoll il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-kawża inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PUKKA” għal prodotti fil-klassi 18 — Applikazzjoni Nru 4061545
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni Spanjola Nru 1570450 tat-trade mark figurattiva “PUKAS”, għal prodotti fil-klassi 18; it-trade mark figurattiva “PUKAS”, irreġistrata taħt in-Nru 19802 għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 39.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, inkwantu l-Bord tal-Appell wettaq żball fl-evalwazzjoni tiegħu dwar ix-xebh tal-prodotti u fl-evalwazzjoni tax-xebh tat-trade mark ikkontestata mat-trade mark preċedenti.