Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0387

    Kawża T-387/10: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Settembru 2010 — Goutier vs UASI — Eurodata (ARANTAX)

    ĠU C 301, 6.11.2010, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/45


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Settembru 2010 — Goutier vs UASI — Eurodata (ARANTAX)

    (Kawża T-387/10)

    ()

    2010/C 301/72

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Klaus Goutier (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. E. Happe, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eurodata GmbH & Co. KG (Saarbrücken, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-1 ta’ Lulju 2010, fil-Każ R 126/2009-4, sa fejn l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet miċħuda mid-deċiżjoni kkontestata għas-servizzi li ġejjin:

    —   Klassi 35— pariri dwar taxxa u preparazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet għal skopijiet ta’ taxxa, kontabbiltà, verifika tal-kontijiet, konsulenza maniġerjali; konsulenza dwar in-negozju;

    —   Klassi 36— rapporti u evalwazzjonijiet fiskali, tranżazzjonijiet ta’ konċentrazzjoniiet u akkwisti, jiġifieri konsulenza finanzjarja fix-xiri jew bejgħ ta’ impriżi, kif ukoll ta’ ishma f’impriżi;

    —   Klassi 42— provvista ta’ servizzi legali, riċerka legali;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ARANTAX” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 42

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Eurodata GmbH & Co. KG

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża “ANTAX” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 45

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

    Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 15 u 43 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li ma ġietx prodotta l-prova tal-użu, kif ukoll ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li bejn it-trade marks kunfliġġenti ma hemm l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


    Top