EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0370

Kawża T-370/10: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Awissu 2010 — Rubinetterie Teorema vs Il-Kummissjoni

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 62–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/62


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Awissu 2010 — Rubinetterie Teorema vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/10)

()

(2010/C 288/111)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rubinetterie Teorema SpA (Flero (Brescia), l-Italja) (rappreżentanti: R. Cavani, avukat, M. Di Muro, avukat, P. Preda, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni C(2010) 4185 tat-23 ta’ Ġunju 2010,

sussidjarjament, timponi multa simbolika,

iktar sussidjarjament, tnaqqs sostanzjalment l-ammont, sa fejn jidhrilha l-Qorti Ġenerali, tal-multa stabbilita fid-deċiżjoni,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-368/10, Rubinetteria Cisal vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati f’din il-kawża.

B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni:

 

Il-ksur tad-dritt tad-difiża ta’ Teorema u l-invalidità konsegwenti tad-deċiżjoni minħabba:

dewmien fil-komunikazzjoni tal-akkużi lil Teorema min-naħa tal-Kummissjoni;

diffikultajiet fl-aċċess għall-fajl u nuqqas ta’ proroga adegwata;

 

Nuqqas ta’ akkordju li jkollu bħala għan jew riżultat il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u/jew nuqqas ta’ dannu għall-kummerċ Komunitarju; kif ukoll

 

l-evalwazzjoni żbaljata tal-provi marbuta mal-parteċipazzjoni ta’ Teorema fil-laqgħat ta’ Euroitalia.


Top