This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0326
Case T-326/10: Action brought on 10 August 2010 — Fraas v OHIM (Light grey, dark grey, beige, dark red and brown coloured checked pattern)
Kawża T-326/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2010 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella)
Kawża T-326/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Awwissu 2010 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella)
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/43 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2010 — Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella)
(Kawża T-326/10)
()
(2010/C 288/83)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas 7 ta’ Ġunju 2010, fil Każ R 188/2010-4; |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark inkwistjoni għandha karattru deskrittiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni d-diversi argumenti ta’ fatt u ta’ dritt li ġew ippreżentati mir rikorrenti
(1) Regolament tal Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas 26 ta’ Frar 2009, dwar it trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).