EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0147

Kawża T-147/10: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Marzu 2010 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

ĠU C 148, 5.6.2010, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 148/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2010 — Meda Pharma vs UASI — Nycomed (ALLERNIL)

(Kawża T-147/10)

2010/C 148/68

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Meda Pharma GmbH & Co. KG (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nycomed GmbH (Konstanz, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tad-29 ta’ Settembru 2009, fil-Każ R 697/2007-4 dwar l-oppożizzjoni mressqa abbażi tat-trade mark Ġermaniża Nru 1 042 583, “ALLERGODIL”, kontra l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 4 066 452, “ALLERNIL”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Nycomed GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALLERNIL” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 4 066 452)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża Nru 1 042 583“ALLERGODIL” għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), sa fejn il-prinċipji tad-dritt dwar it-trade marks ma ġewx applikati b’mod korrett;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top