EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0119

Kawża T-119/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Interreg II /C ‘Għargħar Rhin-Meuse’ — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Rikors manifestament fondat”)

ĠU C 424, 11.12.2017, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2017 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-119/10) (1)

((“Rikors għal annullament - FEŻR - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm Interreg II /C ‘Għargħar Rhin-Meuse’ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali - Rikors manifestament fondat”))

(2017/C 424/52)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: inizjalment minn Y. De Vries, J. Langer u C. Wissels, sussegwentement minn J. Langer u M. Bulterman u B. Koopman, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Steiblytė, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn M. Jacobs u T. Materne, sussegwentement minn M. Jacobs u J.-C. Halleux, aġenti) u Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn G. de Bergues, u B. Messmer, sussegwentement minn J. Bousin u D. Colas, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10712, tat-23 ta’ Diċembru 2009, li tnaqqas l-għajnuna mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) taħt il-Programm ta’ Inizjattiva tal-Komunità Interreg II/C “Għargħar Rhin-Meuse”, fir-Renju tal-Belġju, fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fir-Repubblika Franċiża, fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu u fir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97)3742, tat-18 ta’ Diċembru 1997 (FEŻR Nru 970010008), hija annullata, sa fejn din tikkonċerna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea, minbarra l-ispejjeż tagħha, għandha tbati l-ispejjeż tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

3)

Ir-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 113, 1.5.2010.


Top