EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0015(01)

Kawża T-15/10 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Settembru 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għal miżuri provviżorji — Talba ġdida — Inammissibbiltà” )

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 41–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/41


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-15/10 R II)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Talba ġdida - Inammissibbiltà)

(2010/C 288/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)

Suġġett

Talba intiża, essenzjalment, biex jiġu ddikjarati illegali l-minuti tas-seduta (2009) 1874 finali tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Mejju 2009, inkwantu fihom jidher li din tal-aħħar ħadet id-deċiżjoni li tagħti għajnuna legali lil wieħed mill-ex membri tagħha u lil bosta mill-membri tal-persunal tagħha.

Dispożittiv

(1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

(2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top