Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0570(01)

    Kawża T-570/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 5 ta’ Frar 2015 – Environmental Manufacturing vs UASI – Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu) [ “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” ]

    ĠU C 96, 23.3.2015, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 96/10


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2015 – Environmental Manufacturing vs UASI – Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)

    (Kawża T-570/10 RENV) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ras ta’ lupu - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti WOLF Jardin u Outils WOLF - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2015/C 096/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u M. Atkins, solicitor)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société Elmar Wolf (Wissembourg, Franza) (rappreżentant: N. Boespflug, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société Elmar Wolf u Environmental Manufacturing LLP.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-6 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 425/2010-2), hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu qudiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing LLP quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    3)

    Société Elmar Wolf għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Environmental Manufacturing quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


    (1)  ĠU C 63, 26.02.2011.


    Top