This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0406
Case T-406/10: Judgment of the General Court of 15 July 2015 — Emesa-Trefilería and Industrias Galycas v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — European prestressing steel market — Price fixing, market sharing and exchanging of sensitive commercial information — Decision finding an infringement of Article 101 TFEU — Cooperation during the administrative procedure — Article 139(a) of the Rules of Procedure of the General Court)
Kawża T-406/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)
Kawża T-406/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)
ĠU C 302, 14.9.2015, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/36 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-406/10) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”))
(2015/C 302/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Emesa-Trefilería, SA (Arteixo, Spanja); u Industrias Galycas, SA (Vitoria, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Bottka u F. Castilla Contreras, sussegwentement V. Bottka u A. Biolan, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)
Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Emesa-Trefilería, SA u Industrias Galycas, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lill-Qorti Ġenerali ammont ta’ EUR 1 500 taħt l-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha bħala rimbors għal parti mill-ispejjeż li kellha ssostni l-Qorti Ġenerali. |