This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TA0389
Cases T-389/10 and T-419/10: Judgment of the General Court of 15 July 2015 — SLM and Ori Martin v Commission (Competition — Agreements, decisions and concerted practices — European prestressing steel market — Price fixing, market sharing and exchanging of sensitive commercial information — Decision finding an infringement of Article 101 TFEU — Single, complex and continuous infringement — Limitation period — 2006 Guidelines on the method of setting fines — Imputation of liablitiy for the infringment to the parent company — Proportionnality — Principle that penalties must fit the offence — Unlimited jurisdiction)
Kawżi T-389/10 u T-419/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – SLM u Ori Martin vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku, kumpless u kontinwu — Preskrizzjoni — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 — Imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur lill-kumpannija parent — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Ġurisdizzjoni sħiħa”)
Kawżi T-389/10 u T-419/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – SLM u Ori Martin vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku, kumpless u kontinwu — Preskrizzjoni — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 — Imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur lill-kumpannija parent — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Ġurisdizzjoni sħiħa”)
ĠU C 302, 14.9.2015, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 302/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – SLM u Ori Martin vs Il-Kummissjoni
(Kawżi T-389/10 u T-419/10) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Preskrizzjoni - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 - Imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur lill-kumpannija parent - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Ġurisdizzjoni sħiħa”))
(2015/C 302/41)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) (Ceprano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Belotti u F. Covone, avukati) (Kawża T-389/10); u Ori Martin SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Ziotti, avukat) (Kawża T-419/10))
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, V. Bottka u P. Rossi, sussegwentement V. Bottka, P. Rossi u G. Conte, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T 389/10 u T 419/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
Il-punt 16 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011, hija annullata sa fejn timputa lil Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) il-parteċipazzjoni f’sensiela ta’ akkordji u ta’ prattiki miftiehma fis-settur tal-azzar għall-prestressing fis-suq intern u fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) mill-10 ta’ Frar 1997 sal-14 ta’ April 1997. |
3) |
Il-punt 16 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2010) 4387 finali, kif emendata bid-Deċiżjoni C (2010) 6676 finali u bid-Deċiżjoni C (2011) 2269 finali, huwa annullat. |
4) |
L-ammont tal-multa imposta fuq SLM huwa mnaqqas minn EUR 19,8 miljun għal EUR 19-il miljun, li EUR 13,3 miljun minnhom huma imposti fuq Ori Martin SA bis-saħħa tar-responsabbiltà in solidum tagħha; minħabba l-limitu massimu legali ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, l-ammont finali tal-multa imposta fuq SLM huwa ffissat għal EUR 1,956 miljun. |
5) |
Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud. |
6) |
Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi mill-ispejjeż ta’ SLM u terz mill-ispejjeż ta’ Ori Martin. |
7) |
SLM għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha. |
8) |
Ori Martin għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha. |