Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0160

    Kawża T-160/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2012 — J vs Il-Parlament ( “Dritt għal petizzjoni — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew — Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Petizzjoni li ma tirrigwardax xi qasam ta’ attività tal-Unjoni” )

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — J vs Il-Parlament

    (Kawża T-160/10) (1)

    (Dritt għal petizzjoni - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew - Deċiżjoni ta’ arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri - Rikors għal annullament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Petizzjoni li ma tirrigwardax xi qasam ta’ attività tal-Unjoni)

    2012/C 355/50

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: J (Marchtrenk, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Auer, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tat-2 ta’ Marzu 2010, dwar l-arkivjar mingħajr ma tittieħed azzjoni ulterjuri tal-petizzjoni ppreżentata mir-rikorrent fid-19 ta’ Novembru 2009 (Petizzjoni Nru 1673/2009).

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    J. huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


    Top