Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0039

    Kawża T-39/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 27 ta’ Settembru 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Pucci International (PUCCI) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUCCI — Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Emidio Tucci u E. TUCCI — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Emidio Tucci — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) u l-inċiż (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009” )

    ĠU C 355, 17.11.2012, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.11.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 355/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Settembru 2012 — El Corte Inglés vs UASI — Pucci International (PUCCI)

    (Kawża T-39/10) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PUCCI - Trade marks nazzjonali figurattivi u verbali preċedenti Emidio Tucci u E. TUCCI - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Emidio Tucci - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) u l-inċiż (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ miksub b’mod indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)

    2012/C 355/48

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. López Camba, J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Emilio Pucci International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 173/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Emilio Pucci International BV.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 100, 17.04.2010.


    Top