Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0121

Kawża F-121/10: Rikors ippreżentat fid- 19 ta' Novembru 2010 — Heath vs BĊE

ĠU C 30, 29.1.2011, p. 67–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 30/67


Rikors ippreżentat fid-19 ta' Novembru 2010 — Heath vs BĊE

(Kawża F-121/10)

()

2011/C 30/133

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Heath (Southampton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Jannar 2010 u tax-xhur segwenti, sa fejn dawn japplikaw żieda fil-pensjoni ta’ 0,6 % wara eżerċizzju ta’ aġġustament tal-pensjonijiet għall-2010, u l-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-dikjarazzjoni tas-salarju ta’ Jannar 2010 u tax-xhur segwenti sa fejn din tapplika żieda fil-pensjoni ta’ 0,6 %, sabiex tapplika żieda ta’ 2,1 % ikkalkolata skont GSA regolari;

sa fejn ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tat-talbiet għal reżami u tal-ilmenti mressqa mir-rikorrenti, deċiżjonijiet bid-dati rispettivament tal-11 ta’ Mejju 2010 u tad-9 ta’ Settembru 2010;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-differenza bejn iż-żieda fil-pensjoni ta’ 0,6 % mogħtija illegalment lir-rikorrent sa minn Jannar 2010 u dik ta’ 2,1 % li kellu jkollu dritt għaliha, jiġifieri żieda fil-paga ta’ 1,5 % fix-xahar sa minn Jannar 2010. Dawn l-ammonti għandhom jitħallsu bl-interessi mill-iskadenza rispettiva sal-ġurnata tal-ħlas effettiv, ikkalkolati abbażi ta’ rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 5 000, għall-ħlas ta’ dannu materjali tar-rikorrent li jirriżulta mit-telf tal-kapaċità ta’ akkwist tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ EUR 5 000, ikkalkolati ex aequo et bono bħala kumpens għad-danni morali;

tikkundanna lill-BĊE għall-ispejjeż.


Top