This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0093
Case F-93/10: Action brought on 4 October 2010 — Blessemaille v Parliament
Kawża F-93/10: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ottubru 2010 — Blessemaille vs Il-Parlament
Kawża F-93/10: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ottubru 2010 — Blessemaille vs Il-Parlament
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 61–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/61 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Blessemaille vs Il-Parlament
(Kawża F-93/10)
()
2010/C 328/100
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Philippe Blessemaille (Remich, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi għall-grad AST 8 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u t-talba għal kumpens għad-dannu morali mġarrab.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, ippubblikata fit-2 ta’ Diċembru 2009, li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali promossi mill-grad AST 7 għall-grad AST 8 fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009; |
— |
bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, iwettaq eżami komparattiv ieħor tal-merti tar-rikorrent u ta’ dawk tal-kandidati l-oħrajn abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2008 u 2009 u tagħti lir-rikorrent il-promozzjoni għall-grad AST 8 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2008 kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq l-arretrati ta’ remunerazzjoni bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ finanzjament mill-ġdid, applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2008, mingħajr ma tiddaħħal inkwistjoni l-promozzjoni tal-uffiċjali l-oħrajn promossi; |
— |
jikkundanna lill-Parlament iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 3,500, bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab minħabba li ma ngħatax il-promozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2008, mingħajr ħsara għall-possibbiltà li din is-somma tiġi miżjuda matul il-proċeduri; |
— |
sussidjarjament, jekk it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku jqis li l-promozzjoni għall-grad AST 8 ma tistax ikollha effetti minn data preċedenti għall-1 ta’ Jannar 2009, jikkundanna lill-Parlament għall-kumpens addizzjonali bħala kumpens għad-dannu materjali ta’ ammont li jikkorrispondi għad-differenza fil-ħlas bejn dak effettivament irċevut fl-2008, u dak li kellu jiġi rċevut fl-2008 wara l-promozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2008 u kkalkolat fuq perijodu li jinkludi, jew il-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2008, jew bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2008 skont id-data li fiha jiġi rikonoxxut id-dħul fis-seħħ tal-promozzjoni kkontestata (l-1 ta’ Jannar 2009 jew l-1 ta’ Settembru 2008, rispettivament); |
— |
jikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż. |