Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0076

    Kawża F-76/10: Rikors ippreżentat fl- 10 ta’ Settembru 2010 — Colart et vs Il-Parlament

    ĠU C 301, 6.11.2010, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/64


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2010 — Colart et vs Il-Parlament

    (Kawża F-76/10)

    ()

    2010/C 301/104

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Philippe Colart (Bastogne, il-Belġju) et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Suġġett

    Annullament tal-istqarriji ta’ regolarizzazzjoni tar-remunerazzjonijiet tar-rikorrenti għall-perijodu minn Lulju sa Diċembru 2009 u tal-istqarriji ta’ remunerazzjoni stabbiliti mill-1 ta’ Jannar 2010 fil-kuntest tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1296/2009, tat-23 ta’ Diċembru 2009.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla l-istqarriji ta’ remunerazzjoni tagħhom RG 2009 (arretrati ta’ aġġustament minn Lulju sa Diċembru 2009), l-istqarriji ta’ remunerazzjoni tagħhom minn Jannar 2010 u l-istqarriji ta’ remunerazzjoni sussegwenti, inkwantu dawn l-istqarriji japplikaw rata ta’ aġġustament ta’ 1.85 % minflok 3.70 % abbażi tar-Regolament (UE, Euratom 1296/2009) tal-Kunsill, tat-23 ta’ Diċembru 2009, filwaqt li jżommu fis-seħħ l-effetti ta’ dawn l-istqarriji sal-aġġustament tal-istqarriji l-ġodda billi japplikaw b’mod korrett l-Artikoli 65 u 65a tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikoli 1 u 3 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal (verżjoni 2010);

    tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


    Top