EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0066

Kawża F-66/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Awwissu 2010 — De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/74


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2010 — De Britto Patricio-Dias vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/10)

()

(2010/C 288/139)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jorge De Britto Patricio-Dias (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Massaux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent li jirrigwarda l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 inkwantu kklassifikah fil-livell ta’ prestazzjoni III u assenjalu żewġ punti ta’ promozzjoni.

It-talbiet tar-rikorrent

Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra Nru R/98/10, tat-12 ta’ Mejju 2010, u sa fejn meħtieġ, ir-rapport tal-iżvilupp tal-karriera li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas is-somma evalwata ex aequo et bono għal EUR 25 000

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


Top