This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010FN0024
Case F-24/10: Action brought on 21 April 2010 — Kaskarelis v Commission
Kawża F-24/10: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' April 2010 — Kaskarelis vs Il-Kummissjoni
Kawża F-24/10: Rikors ippreżentat fil- 21 ta' April 2010 — Kaskarelis vs Il-Kummissjoni
ĠU C 161, 19.6.2010, p. 58–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/58 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta' April 2010 — Kaskarelis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-24/10)
(2010/C 161/94)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Loukas Kaskarelis (Auderghem, Il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li tirrifjuta lir-rikorrent l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni, tal-allowance ta’ installazzjoni u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Pagament ta’ Drittijiet Individwali (PMO) li tirrifjuta l-għoti tal-allowance ta’ espatrijazzjoni, tal-allowance ta’ installazzjoni u tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar, kif ukoll id-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |