Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0019

    Kawża F-19/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Marzu 2010 — Marsili vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/57


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2010 — Marsili vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-19/10)

    (2010/C 161/91)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Letizia Marsili (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu u M. Velardo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista ta’ riżerva għall-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08, kif ukoll il-kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    Tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tas-17 ta’ Diċembru 2009 li ma tinkludix lir-rikorrenti fil-lista għall-kompetizzjoni EPSO/AST/51/08 u tikkundanna lill-konvenuta tħallas id-danni stmati provviżorjament għal EUR 1 u li ser ikunu ddefiniti iktar preċiżament matul il-kawża, kif ukoll l-interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata ta’ 6,75 % għad-danni morali u materjali subiti.

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top