Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0367

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-31 ta' Marzu 2011.
    EMC Development AB vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Appell - Akkordji - Suq Ewropew tas-siment - Rikors għal annullament indirizzat kontra deċiżjoni ta' ċaħda ta' lment intiż għall-adozzjoni ta' regola armonizzata għas-siment - Proċedura ta' adozzjoni tar-regola - Natura vinkolanti tar-regola - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
    Kawża C-367/10 P.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:203





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-31 ta’ Marzu 2011 – EMC Development vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-367/10 P)

    “Appell – Akkordji – Suq Ewropew tas-siment – Rikors għal annullament indirizzat kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment intiż għall-adozzjoni ta’ regola armonizzata għas-siment – Proċedura ta’ adozzjoni tar-regola – Natura vinkolanti tar-regola – Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

    1.                     Appell - Aggravji - Nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 39, 40, 58)

    2.                     Appell - Aggravji - Motivazzjoni insuffiċjenti - Portata tal-obbligu ta’ motivazzjoni (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 81) (ara l-punti 46, 48)

    3.                     Appell - Aggravji - Ksur tal-projbizzjoni li tingħata deċiżjoni dwar motiv ġdid - Argument li jikkostitwixxi sempliċi elaborazzjoni ta’ argument invokat fir-risposta - Aggravju manifestament infondat (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(2)) (ara l-punti 57, 62-64)

    4.                     Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Eżami tal-ilmenti - Obbligu tal-Kummissjoni li tiddeċiedi permezz ta’ deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur - Assenza - Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet li ma tittiħidx azzjoni - Portata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 3, u Nru 1/2003, Artikolu 7; Regolamenti tal-Kummissjioni Nru 2842/98, Artikolu 6, u Nru 773/2004, Artikolu 7(1)) (ara l-punti 72-76)

    5.                     Appell - Aggravji - Aggravju mressaq kontra kunsiderazzjoni tas-sentenza li ma hijiex neċessarja sabiex ikun ġustifikat id-dispożittiv tagħha - Aggravju ineffettiv (ara l-punt 78)

    6.                     Appell - Aggravji - Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 51) (ara l-punti 92, 107)

    7.                     Appell - Aggravji - Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u l-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali - Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 102, 104)

    8.                     Appell - Aggravji - Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti - Inammissibbiltà - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-provi - Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (ara l-punt 108)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla), tat-12 ta’ Mejju 2010, EMC Development vs Il‑Kummissjoni (T‑432/05), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Novembru 2005, li tiċħad l-ilment tal-appellanti bbażat fuq l-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 17 u li jikkonċerna prattiki miftiehma allegati tal-produtturi Ewropej ta’ siment Portland bil-għan li jiġi adottat standard Ewropew għas-siment (EN 197‑1) intiż sabiex il-prodotti u t-teknoloġiji kompetituri jiġu esklużi mis-suq.

    Dispożittiv

    1)     L-appell huwa miċħud.

    2)     EMC Development AB hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top