Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CO0032

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (il-Ħames Awla) tal-11 ta' Mejju 2011.
    Tony Georgiev Semerdzhiev vs Del-Pi-Krasimira Mancheva.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Varhoven kasatsionen sad - il-Bulgarija.
    Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Direttiva 90/314/KEE - Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż - Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta' ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għad-domandi preliminari.
    Kawża C-32/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:C:2011:288





    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-11 ta’ Mejju 2011 – Semerdzhiev vs Del-Pi-Krasimira Mancheva

    (Kawża C-32/10)

    “Artikolu 92(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Direttiva 90/314/KEE – Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż – Fatti li seħħew qabel l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija mal-Unjoni Ewropea – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti risposta għad-domandi preliminari”

    Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Interpretazzjoni ta’ direttiva Komunitarja fi kwistjoni li tippreċedi l-adeżjoni ta’ Stat Membru mal-Unjoni Ewropea – Esklużjoni (Artikolu 267 TFUE) (ara l-punti 25-27)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari - Varhoven kasatsionen sad – Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ), tal-Artikolu 4(1)(b)(iv) u tat-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE, tat-13 ta’ Ġunju 1990, dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132) - Kunċett ta’ “servizzi turistiċi oħra” mhux anċillari għat-trasport jew għall-akkomodazzjoni u li jitħallsu mill-organizzatur - Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi għal kull konsumatur polza ta’ assigurazzjoni individwali u li jipprovdilu l-oriġinal qabel il-vjaġġ - Obbligu tal-organizzatur li jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni individwali li jkopri l-ispejjeż kollha ta’ ripatrijazzjoni fil-każ ta’ aċċident - Kunċett ta’ “danni” għal konsumatur li jirriżultaw min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew mill-eżekuzzjoni żbaljata tal-kuntratt - Inklużjoni ta’ danni morali.

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni li tagħti risposta għad-domandi magħmula mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija).

    Top