Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0563

    Kawża C-563/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl- 1 ta’ Diċembru 2010 — Kashayar Khavand vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    ĠU C 38, 5.2.2011, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 38/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Diċembru 2010 — Kashayar Khavand vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-563/10)

    2011/C 38/09

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Kashayar Khavand

    Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Domandi preliminari

    (1)

    L-omosesswalità għandha tiġi kkunsidrata bħala orjentament sesswali fis-sens tat-tieni inċiż tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83/KE (1) u tista’ tkun raġuni suffiċjenti għal persekuzzjoni?

    (2)

    Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

    (a)

    Sa liema punt l-attività omosesswali hija protetta?

    (b)

    Tista’ persuna omosesswali tiġi mġiegħla tgħix l-orjentament sesswali tagħha fil-pajjiż tagħha b’mod sigriet u ma tħallix li dan isir magħruf minn oħrajn?

    (c)

    Projbizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tal-ordni pubbliku u tal-morali huma rilevanti fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(1)(d) tad-Direttiva 2004/83/KE jew l-attività omosesswali għandha tiġi protetta bl-istess mod bħall-persuni eterosesswali?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96).


    Top