EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0476

Kawża C-476/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg (l-Awstrija) fl- 1 ta’ Ottubru 2010 — projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic u Herbert Hilbe vs Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängigen Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg (l-Awstrija) fl-1 ta’ Ottubru 2010 — projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic u Herbert Hilbe vs Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg

(Kawża C-476/10)

()

2010/C 328/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Vorarlberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: projektart Errichtungsgesellschaft mbH, Eva Maria Pepic und Herbert Hilbe.

Konvenuta: Grundverkehrs-Landeskommission Vorarlberg.

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 67 tat-Trattat (1), u li tipprovdi li leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti li tirregola xiri ta’ residenzi sekondarji tista’ titħalla fis-seħħ, għandha tibqa’ tapplika għax-xiri ta’ residenzi sekondarji li jinsabu fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea minn ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein, li jagħmel parti miż-Żona Ekonomika Ewropea?

(2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li, fid-dawl tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 88/361/KEE, tal-24 ta’ Ġunju 1988, tipprojbixxi lil ċittadin tal-Prinċipat tal-Liechtenstein milli jixtri residenza sekondarja li tinsab fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar il-moviment liberu tal-kapital, b’tali mod li awtorità nazzjonali għandha tinjora tali leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 10, Vol. 1, p. 10.


Top