EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0453

Kawża C-453/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov fis- 16 ta’ Settembru 2010 — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol sro

ĠU C 328, 4.12.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov fis-16 ta’ Settembru 2010 — Jana Pereničová, Vladislav Perenič vs S.O.S. financ, spol sro

(Kawża C-453/10)

()

2010/C 328/28

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet

Rikorrenti: Jana Pereničová, Vladislav Perenič.

Konvenuta: S.O.S. financ, spol s r.o..

Domandi preliminari

(1)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tal-konsumatur skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, huwa tali li jippermetti, jekk ikunu identifikati klawżoli kuntrattwali inġusti, li jiġi kkunsidrat li l-kuntratt kollu kemm hu ma jorbotx lill-konsumatur, jekk dan ikun iktar favorevoli lill-konsumatur?

(2)

Il-kriterji li jikkostitwixxu prattika kummerċjali żleali skont id-Direttiva 2005/29/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huma tali li jista’ jiġi kkunsidrat li, għalkemm l-operatur isemmi fil-kuntratt rata perċentwali annwali (RPA) anqas minn dak reali, jista’ jiġi kkunsidrat li tali aġir tal-fornitur fil-konfront tal-konsumatur jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali? Id-Direttiva 2005/29/KE tippermetti, jekk ikun stabbilit li hemm prattika kummerċjali żleali, li dan ikollu effett fuq il-validità tal-kuntratt ta’ kreditu u fuq il-kisba tal-għanijiet tal-Artikoli 4(1) u 6(1) tal-imsemmija direttiva, meta n-nullità tal-kuntratt hija aktar favorevoli għall-konsumatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU L 149, p. 22.


Top