Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0451

    Kawża C-451/10 P: Appell ippreżentat fil- 15 ta’ Settembru 2010 minn Télévision française 1 SA (TF1) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fl- 1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawżi magħquda T-598/08 u T-573/08, M6 u TFI vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 328, 4.12.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/15


    Appell ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2010 minn Télévision française 1 SA (TF1) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) mogħtija fl-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawżi magħquda T-598/08 u T-573/08, M6 u TFI vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-451/10 P)

    ()

    2010/C 328/27

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Télévision française 1 SA (TF1) (rappreżentant: J. -P. Hordies, avukat)

    Partijiet oħra fil-kawża: Métropole télévision (M6), Canal +, Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika ta’ Franza, France Télévisions

    Talbiet tal-appellanti

    tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

    tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2010 fil-Kawżi magħquda T-568/08 u T-573/08, M6 u TF1 vs Il-Kummissjoni;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti tinvoka żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

    Télévision française 1 SA (TF1) tilmenta li l-Qorti Ġenerali naqset milli tagħraf l-eżistenza ta’ diffikultajiet gravi fl-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuna riċevuta minn France Télévisions, u dan billi kkonfermat l-pożizzjoni tal-Kummissjoni, diffikultajiet li kellhom iwasslu għall-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE. Għalhekk, permezz tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti tinvoka l-ksur tar-regoli dwar l-oneru u l-produzzjoni tal-prova peress li l-Qorti Ġenerali kienet talbet lill-appellanti jipproduċu l-prova li kienu jeżistu dubji serji dwar id-destinazzjoni effettiva tal-għoti nnotifikat, mingħajr ma għamlet użu mill-prova tan-nuqqas ta’ assenzjazzjoni tal-għajnuna.

    Permezz tat-tieni motiv tagħha, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) TFUE meta ddeċidiet, minn naħa, li t-tnaqqis fid-dħul mir-reklamar ta’ France Télévisions, ikkawżat anki minn żbalji fil-ġestjoni, seta’ jagħmel tajjeb għalih id-dħul mill-għajnuna mill-Istat u, min-naħa l-oħra, billi tippreċiża li l-applikazzjoni ta’ l-artikolu ċċitat iktar ’il fuq ma kinitx tinvolvi evalwazzjoni tal-effiċjenza tal-iffunzjonar tas-servizz pubbliku.


    Top