Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0439

    Kawża C-439/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit- 13 ta’ Settembru 2010 — S.C. DRA SPEED S.R.L. vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

    ĠU C 328, 4.12.2010, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bacău (Ir-Rumanija) fit-13 ta’ Settembru 2010 — S.C. DRA SPEED S.R.L. vs Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

    (Kawża C-439/10)

    ()

    2010/C 328/24

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Bacău

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: S.C. DRA SPEED S.R.L.

    Konvenut: Direcția Generală a Finanțelor Publice Bacău, Administrația Finanțelor Publice Bacău

    Domandi preliminari

    (1)

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika direttament jew indirettament, fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni, ta’ kull deskrizzjoni, ogħla minn dawk applikati direttament jew indirettament fuq prodotti simili nazzjonali, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għall-vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti mill-OUG Nru 50/2008, taxxa li tista’ tikkostitwixxi taxxa interna li taffetwa l-beni li joriġinaw minn Stati Membri oħra, sa fejn l-imsemmija taxxa ma hijiex miġbura waqt reġistrazzjoni mill-ġdid fir-Rumanija ta’ vettura bil-mutur li għandha l-istess karatteristiċi ta’ vettura użata importata?

    (2)

    It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 TFUE (ex Artikolu 90 KE), li jipprovdi li l-ebda Stat Membru ma għandu japplika fuq il-prodotti ta’ Stati Membri oħra taxxi interni ta’ tali natura li jagħtu protezzjoni indiretta lill-produzzjoni ta’ merkanzija oħra, jipprekludi l-istabbiliment ta’ taxxa fuq it-tniġġis għal vetturi bil-mutur, imposta fuq l-ewwel reġistrazzjoni fit-territorju ta’ Stat Membru, li għandha l-karatteristiċi stabbiliti permezz tad-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 50/2008, sa fejn d-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 218/2008 jeżonera mill-ħlas tat-taxxa fuq it-tniġġis il-kategorija ta’ vettura li għandha l-karatteristiċi tekniċi tal-vetturi prodotti fir-Rumanija?


    Top