Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0405

    Kawża C-405/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Amtsgericht Bruchsal (il-Ġermanja) fl- 10 ta’ Awissu 2010 — Proċeduri kriminali kontra QB (*)

    ĠU C 288, 23.10.2010, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Amtsgericht Bruchsal (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awissu 2010 — Proċeduri kriminali kontra  QB (*1)

    (Kawża C-405/10)

    ()

    (2010/C 288/38)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Bruchsal

    Parti fil-kawża prinċipali

     QB (*1)

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta’ Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (1), moqri flimkien mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007, tad-29 ta’ Novembru 2007, li jikkonċerna l-esportazzjoni tal-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ skart imniżżla fl-Anness III jew IIIA tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lejn pajjiżi fejn id-Deċiżjoni tal-OECD dwar il-kontroll ta’ movimenti intrakonfinali tal-iskart ma tapplikax (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li teżisti projbizzjoni ta’ trasferiment, lejn il-Libanu, ta’ skart mill-grupp ta’ skart B 1120 tal-Anness IX tal-Konvenzjoni ta’ Basel, tat-22 ta’ Marzu 1989, fuq il-kontroll tal-moviment transkonfinali ta’ skart perikoluż u tar-rimi tagħhom?


    (*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

    (1)  ĠU L 190, p. 1.

    (2)  ĠU L 316, p. 6.


    Top