This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0371
Case C-371/10: Reference for a preliminary ruling from the Gerechtshof Amsterdam (Netherlands) lodged on 26 July 2010 — National Grid Indus BV v Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond (kantoor Rotterdam)
Kawża C-371/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 26 ta’ Lulju 2010 — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam
Kawża C-371/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis- 26 ta’ Lulju 2010 — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Lulju 2010 — National Grid Indus BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam
(Kawża C-371/10)
()
2010/C 328/19
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: National Grid Indus BV
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Rijnmond/kantoor Rotterdam
Domandi preliminari
(1) |
Jekk Stat Membru jimponi, minħabba t-trasferiment tas-sede, taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà ta’ kumpannija kkostitwita skont id-dritt ta’ dan l-Istat Membru u li tittrasferixxi s-sede reali tagħha minn dan l-Istat Membru lejn Stat Membru ieħor, din il-kumpannija tista’ tinvoka, fl-istat attwali tad-dritt Komunitarju, l-Artikolu 43 KE (li sar l-Artikolu 49 TFUE) kontra dan l-Istat Membru? |
(2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv: taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà bħal dik inkwistjoni, li tintaxxa l-qliegħ kapitali tal-elementi tal-assi tal-kumpannija ttrasferit mill-Istat Membru ta’ oriġini lejn l-Istat Membru ospitanti, kif ikkakulat fil-mument tat-trasferiment tas-sede, mingħajr sospensjoni u mingħajr il-possibbiltà li jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf kapitali sussegwenti, tikser l-Artikolu 43 KE (li sar l-Artikolu 49 TFUE), fis-sens li tali taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà ma tistax tiġi ġġustifikata min-neċessità li jitqassmu s-setgħat ta’ tassazzjoni bejn l-Istati Membri? |
(3) |
Ir-risposta għad-domanda preċedenti tiddependi, b’mod partikolari, fuq iċ-ċirkustanza li t-taxxa fuq l-eżerċizzju finali ta’ kontabbiltà inkwistjoni tirrigwarda profitt (valutarju) miksub fil-kuntest tal-kompetenza fiskali Olandiża, filwaqt li dan il-profitt ma jistax jidher fil-pajjiż ospitanti skont is-sistema fiskali fis-seħħ hemmhekk? |