This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0368
Case C-368/10: Action brought on 22 July 2010 — European Commission v Kingdom of the Netherlands
Kawża C-368/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Kawża C-368/10: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/10 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2010 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
(Kawża C-368/10)
()
2010/C 328/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Zadra u F. Wilman)
Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi
Talbiet tal-parti rikorrenti
(1) |
tikkonstata li, peress li l-awtorità kontraenti, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku għall-provvista u l-ġestjoni ta’ magni tal-kafé, ippubblikat taħt in-numru 2008/S 158-213630,
ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ma osservax l-obbligi tiegħu taħt l-artikoli msemmija hawn fuq tad-Direttiva 2004/18/KE. |
(2) |
tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tqis li l-Pajjiżi l-Baxxi ma osservawx l-obbligi tagħhom taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, u b’mod partikolari dawk tad-Direttiva 2004/18/KE, fl-għoti mill-provinċja ta’ Noord-Holland, ta’ kuntratt pubbliku għall-provvista u l-ġestjoni ta’ magni tal-kafé. Il-ksur ikkonstatat jirrigwarda l-Artikolu 23(6) u (8) sa fejn huma kkonċernati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-Artikoli 48(1) u (2), 44(2) u fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 2 sa fejn huwa kkonċernat il-kontroll tal-kapaċità ta’ operaturi ekonomiċi u l-Artikolu 53(1) tal-imsemmija Direttiva sa fejn huma kkonċernati l-kriterji għall-għoti.
(1) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)