EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0363

Kawża C-363/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Póvoa de Lanoso (il-Portugall) fil- 21 ta’ Lulju 2010 — Maria de Jesus Barbosa Rodrigues vs Companhia de Seguros Zurich SA

ĠU C 288, 23.10.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial de Póvoa de Lanoso (il-Portugall) fil-21 ta’ Lulju 2010 — Maria de Jesus Barbosa Rodrigues vs Companhia de Seguros Zurich SA

(Kawża C-363/10)

()

(2010/C 288/31)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial de Póvoa de Lanhoso (il-Portugall)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria de Jesus Barbosa Rodrigues

Konvenuta: Companhia de Seguros Zurich SA

Domandi preliminari

Fil-każ ta’ ħabta bejn vetturi bil-mutur, fejn il-kwistjoni mhijiex attribwibbli għal tort ta’ wieħed mis-sewwieqa, li twassal għall-mewt ta’ wieħed mis-sewwieqa, il-possibbiltà li jiġi stabbilit qsim tar-responsabbiltà għar-riskju (Artikolu 506(1) u (2) tal-Código Civil), riflessa b’mod dirett fuq l-ammont ta’ kumpens li għandu jitħallas lill-persuni li għandhom dritt għal kumpens — il-qraba tal-vittma — (fil-fatt dan il-qsim ta’ responsabbiltà għar-riskju jimplika tnaqqis fl-ammont ta’ kumpens b’mod proporzjonali), tmur kontra d-dritt Komunitarju, b’mod speċifiku l-Artikolu 3(1) tal-Ewwel Direttiva (72/166/KEE) (1), l-Artikolu 2(1) tat-Tieni Direttiva (84/5/KEE) (2), u l-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva (90/232/KEE) (3), skont l-interpretazzjoni mogħtija lil dawn id-dispożizzjonijiet mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-24 ta’April 1972, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċijali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 1, p. 10)

(2)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-30 ta’ Diċembru 1983, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3)

(3)  It-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-14 ta’ Mejju 1990, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249)


Top