This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0203
Case C-203/10: Reference for a preliminary ruling from the Varhoven administrativen sad na Republika Balgaria (Bulgaria) lodged on 26 April 2010 — Deputy Director of the Appeals and Enforcement Management Directorate at the Central Administration of the National Revenue Agency v Auto Nikolovi OOD
Kawża C-203/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven Administrativen Sad (il-Bulgarija) fis- 26 ta’ April 2010 — Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite vs “Auto Nikolovi” OOD
Kawża C-203/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven Administrativen Sad (il-Bulgarija) fis- 26 ta’ April 2010 — Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite vs “Auto Nikolovi” OOD
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven Administrativen Sad (il-Bulgarija) fis-26 ta’ April 2010 — Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite vs “Auto Nikolovi” OOD
(Kawża C-203/10)
2010/C 195/09
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhovniat Administrativen Sad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i upravlenie na izpalnenieto” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite (id-Direttur tad-Direttorat “Appelli u ġestjoni tal-eżekuzzjoni” ta’ Varna, fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tal-Aġenzija Ċentrali tad-Dħul)
Konvenuta:“Auto Nikolovi” OOD.
Domandi preliminari
(1) |
Il-kunċett ta’ “oġġetti użati” li jinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), ikopri wkoll oġġetti mobbli użati li ma jkunux suffiċjentement individwalizzati (permezz tat-trade mark, tal-mudell, tan-numru tas-serje, tas-sena ta’ fabbrikazzjoni, eċċ) sabiex jiddistingwu ruħhom minn oġġetti oħra tal-istess tip iżda li jkunu, għall-kuntrarju, iddeterminati mill-karatteristiċi ġeneriċi tagħhom? |
(2) |
L-espressjoni “kif definit mill-Istati Membri”, li tinsab fil-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tagħti lill-Istati Membri l-possibbiltà li jiddefinixxu huma stess il-kunċett ta’ “oġġetti użati” jew inkella d-definizzjoni ta’ dan il-kunċett mogħtija mid-Direttiva għandha tiġi trasposta b’mod strett fil-liġi nazzjonali? |
(3) |
Il-kundizzjoni stabbilita f’dispożizzjoni nazzjonali, li tipprovdi li l-oġġetti użati huma identifikati individwalment, hija konformi mal-formulazzjoni u mal-għan tad-definizzjoni li d-dritt Komunitarju jagħti lil “oġġetti użati”? |
(4) |
Fid-dawl tal-premessa 51 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, jista’ jiġi kkunsidrat li l-espressjoni “fejn dik il-merkanzija kienet ipprovduta lilu fil-Komunità”, li tinsab fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 314 tad-Direttiva 2006/112/KE, tkopri wkoll l-importazzjoni ta’ oġġetti użati magħmula min-negozjant taxxabbli stess? |
(5) |
Fl-eventwalità li s-sistema ta’ impożizzjoni tal-marġni ta’ profitt miksub tapplika wkoll għall-kunsinna ta’ oġġetti użati minn negozjant taxxabbli li jkun importahom huwa stess: il-persuna li mingħandha n-negozjant taxxabbli jkun kiseb dawn l-oġġetti għandha tkun tappartjeni lil waħda mill-kategoriji msemmija fl-Artikolu 314(a), (b), (ċ) u (d)? |
(6) |
Il-lista ta’ oġġetti fl-Artikolu 320(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE hija eżawrjenti? |
(7) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 320(1) u l-Artikolu 320(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt tan-negozjant taxxabbli għall-kreditu fiskali tal-VAT li jkun ħallas fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti użati jinħoloq u huwa eżerċitat fil-perijodu li matulu dawn l-oġġetti jkunu s-suġġett ta’ kunsinna sussegwentement taxxabbli, li fir-rigward tagħha n-negozjant taxxabbli applika s-sistema ta’ tassazzjoni normali? |
(8) |
L-Artikolu 314(a) sa (d), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 320(1) u l-Artikolu 320(2) tad-Direttiva 2006/112/KE għandhom effett dirett u l-qorti nazzjonali tista’ tinvokahom direttament, f’każ bħal dak ineżami? |
(1) ĠU L 347, p. 1.