EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0191

Kawża C-191/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid- 19 ta’ April 2010 — Rastelli Davide & C. vs Jean-Charles Hidoux, bħala liquidatur ġudizzjarju tal-kumpannija Médiasucre international

ĠU C 161, 19.6.2010, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/36


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-19 ta’ April 2010 — Rastelli Davide & C. vs Jean-Charles Hidoux, bħala liquidatur ġudizzjarju tal-kumpannija Médiasucre international

(Kawża C-191/10)

(2010/C 161/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rastelli Davide & C.

Konvenut: Jean-Charles Hidoux, bħala likwidatur ġudizzjarju tal-kumpannija Médiasucre international.

Domandi preliminari

(1)

Meta qorti ta’ Stat Membru tiftaħ il-proċedura prinċipali ta’ falliment ta’ debitur, billi tqis li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (1) jipprekludi l-applikazzjoni minn din il-qorti ta’ regola tad-dritt nazzjonali tagħha li tagħtiha l-ġurisdizzjoni li testendi l-proċedura għal kumpannija li l-uffiċċju reġistrat tagħha jinsab fi Stat membru ieħor, abbażi biss tal-konstatazzjoni ta’ konfużjoni ta’ patrimonji tad-debitur u ta’ din il-kumpannija?

(2)

Jekk l-azzjoni għall-finijiet ta’ estensjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala l-ftuħ ta’ proċedura ġdida ta’ falliment, suġġetta, sabiex il-qorti tal-Istat Membru li quddiemha tressqu l-proċeduri inizjalment tkun tista’ tieħu konjizzjoni tagħha, għat-turija li l-kumpannija intiża mill-estensjoni għandha f’dan l-Istat iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha, din it-turija tista’ tirriżulta biss mill-konstatazzjoni tal-konfużjoni ta’ patrimonji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191


Top